Ifittxu lil min qaċċat din is-siġra

Il-Kunsill Lokali ta’ Tas-Sliema qed jitlob l-għajnuna tal-pubbliku biex jiskopri min qata’ siġra ta’ snin twal f’The Ferries.
Filwaqt li saħaq li l-qtugħ tas-siġra seħħ mingħajr permess min-naħa tiegħu, il-Kunsill qed jitlob li kull informazzjoni tista’ tasallu anke b’mod anonimu fuq 21337633.
Hu mifhum li fl-istess żona jkun stazzjonat vann li jbigħ ix-xarbiet.
Fil-jiem li għaddew, il-Kunsill Lokali tar-Rabat Għawdex qal li ma kienx mgħarraf jew ikkonsultat li ħaddiema tal-Gvern kienu se jaqilgħu 14-il siġra minn triq fir-Rabat.