Ifittex dar għall-wirdiena u l-frieħ tagħha

Qatt ikkunsidrajt wirdiena bħala annimal domestiku?

Temminx jew le ħaġa oħra. Iżda żagħżugħ Malti f’messaġġ fuq il-grupp RUBS PUPPY LOVE, tefa’ l-lixka għal dawk li forsi jitħajru jadottaw wirdiena u l-frieħ tagħha.

Kompla jħarref kif Animal Welfare irrifjutaw li jagħtuha l-għajnuna għax kellhom ħafna x’jagħmlu.

Intant infexx jitlob lill-pubbliku sabiex xi ħadd joħodha għandu għax jinsab ċert li l-erbat iklieb li għandu ma kienux se jingwalawha mal-wirdiena.

Inti titħajjar taddottaha?