Ifiqu l-ewwel 7 persuni mill-coronavirus f’Dar San Ġużepp

Read in English.

Dar San Ġużepp, dar tal-anzjani fil-Fgura li għandha għadd allarmanti ta’ każijiet pożittivi ta’ coronavirus, kellha l-ewwel seba’ persuni mfejqa mill-coronavirus ilbieraħ.

Dan qalitu d-dar stess fuq il-paġna tagħha fuq Facebook. Spjegat li mill-iswab tests li qed isiru ta’ kuljum, ilbieraħ kien hemm l-ewwel każijiet ta’ fejqan.

Update regarding outcome of continuous swabbing. We have registered our first 7 recoveries today.

Posted by Residenza San Guzepp on Wednesday, September 23, 2020

Mill-278 resident li hemm fid-dar, 113 ħarġu pożittivi sal-bieraħ. Kien hemm ukoll 29 ħaddiem li huma pożittivi għall-virus u 50 ħaddiem ieħor kwarantina.

Dar San Ġużepp qalet li l-maġġoranza tal-pazjenti li ħarġu pożittivi għall-coronavirus jidher li m’għandhom l-ebda sintomi. 

Il-ħaddiema qed jagħmlu swab test kull tlett ijiem.