Ifiqu 22 persuna oħra mill-coronavirus f’Dar San Ġużepp

Read in English.

Dar San Ġużepp fil-Fgura ħabbret li fiequ 22 persuna oħra mill-coronavirus. B’hekk it-total ta’ nies imfejqa minn din id-dar tal-anzjani issa huwa ta’ 55.

Dan kitbitu fuq Facebook ilbieraħ filgħaxija. Newsbook.com.mt staqsa lill-Ministeru tas-Saħħa dwar il-persuni li fiequ f’din ir-residenza iżda għadu ma ngħatax dettalji.

Update regarding outcome of continuous swabbing. We have registered 22 more recoveries. 55 in total.

Posted by Residenza San Guzepp on Saturday, September 26, 2020

Ilbieraħ, il-Gvern ħabbar li minħabba s-sitwazzjoni inkwetanti tal-coronavirus f’Dar San Ġużepp fil-Fgura, ir-residenti li jinstab li għandhom il-coronavirus se jitħallew ġod-dar biex jiksbu l-kura meħtieġa minn hemm, filwaqt li dawk li ma jkollhomx il-virus se jitmexxew għal Casal Nuovo. Dawk li jkunu kwarantina wkoll se jitħallew ġo Dar San Ġużepp.

Ir-residenti f’Casal Nuovo se jkunu qegħdin kwarantina preventiva u se jiġu ttestjati kull tlett ijiem.

Din il-ġimgħa, Dar San Ġużepp ħabbret li kellha 113-il każ pożittiv tal-coronavirus mill-278 resident fid-dar. Madankollu, din il-ġimgħa stess, bdew ifiqu l-ewwel pazjenti mill-virus.