Ifiq mill-coronavirus missier it-tifla Taljana

Konferenza

Read in English.

Missier it-tifla Taljana, li kien it-tieni pazjent bil-coronavirus, fieq mill-marda. Dan ħabbru l-Ministru Chris Fearne f’konferenza tal-aħbarijiet dalgħodu f’Mater Dei. Huwa qal ukoll li l-pazjenti kollha jinsabu f’saħħithom u qed jirkupraw.

B’kollox issa f’Malta feġġew 18-il każ ta’ Covid-19, bi tnejn minnhom ifiqu mill-marda.

Il-konferenza tal-aħbarijiet tal-Ministru Fearne kienet dwar il-preparamenti li qed isiru fl-isptarijiet Maltin.