Aġġornata: Iffurmat il-Gvern ta’ unità fil-Libja

Wara lejl ta’ negozjati, ġie ffurmat il-Gvern ta’ unità fil-Libja.
Issa fadal biss l-approvazzjoni tal-parlament.
Hekk ħabbar l-Invjat Speċjali tan-Nazzjonijiet Magħquda, Martin Kobler, permezz ta’ Twitter.
Anke l-partijiet Libjani ħabbru l-pass kbir ’il quddiem, li hu l-ewwel possibiltà ta’ iktar stabilità fil-pajjiż.
Il-Ministru għall-Affarijiet Barranin George Vella laqa' dan l-iżvilupp b'sodisfazzjon u ddeskrivih bħala pass importanti ħafna lejn l-istabbiltà ġenerali fil-Libja. Sostna li l-komunità internazzjonali għandha tkun miftuħa għad-djalogu biex tassigura li l-proċess ikun wieħed inklussiv.