Iffullar f’Kordin: 6 persuni f’ċella waħda – Fenech Adami

Id-Deputat Nazzjonalista Beppe Fenech Adami qal li fil-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin hemm iffullar fiċ-ċelel, tant li għall-mistoqsijiet parlamentari li għamel, ħa risposti tal-waħx.

Meta kien qed jitkellem fid-dibattitu fuq l-ordinanza dwar il-mediċini perikolużi, Fenech Adami qal li hu jinsab infurmat li d-daqs taċ-ċelel hu ta’ 3 metri bi 3 metri jew ta’ 3 metri b’2 metri. Hu spjega li minn 458 ċella, hemm 200 minnhom jew aħjar, 44% taċ-ċelel li fihom iktar minn persuna waħda.

Huwa qal li jinsab infurmat li f’każijiet minnhom hemm bejn ħames u sitt persuni ġo ċella waħda.

Stqarr li dan jikser id-drittijiet fundamentali tal-bniedem.