Iffriżati b’mod permanenti l-assi tar-raġel ta’ Giovanna Debono

Kompla jinstema’ l-każ ta’ Anthony Debono ta’ 59 sena min-Nadur, li huwa r-raġel tal-eks-Ministru għal Għawdex Giovanna Debono.
Il-Qorti ddikkjarat li l-assi ta’ Anthony Debono se jkunu ffriżati b’mod permanenti sakemm tiġi deċiża l-kawża. S’issa l-assi kienu ffriżati biss b’mod temporanju.
Id-digriet ingħata hekk kif kompliet tinstema’ l-kumpilazzjoni kontra Debono, li jinsab mixli bi 13-il kap ta’ akkuża, fosthom li għamel użu ħażin ta’ flejjes pubbliċi, miżapproprijazzjoni u falsifikazzjoni ta’ dokumenti.
L-akkuża ewlenija kontra Anthony Debono hi li meta kien membru taċ-ċivil, ikkummissjona xogħol fil-privat minn flejjes pubbliċi li jammontaw għal €50,000.