Aġġornata (3): Iffriżar embrijuni: L-għaqdiet għada jiltaqgħu mal-President

Read in English.

Rappreżentanti ta’ tliet għaqdiet favur il-ħajja għada se jiltaqgħu mal-President ta’ Malta Marie-Louise Coleiro Preca, biex jiddiskutu l-emendi proposti għall-Att dwar il-Protezzjoni tal-Embrijuni.

Huma kitbu ittra lill-President biex jitolbuha tiltaqa’ magħhom b’mod urġenti, bil-President tipproponi laqgħa għada fil-11.30am fil-Palazz ta’ San Anton.

L-għaqdiet Gift of Life Foundation, il-Life Network Foundation, u l-Unborn Child Movement qalu li huma mħassba dwar l-emendi proposti, li nhar it-Tlieta se jittieħed il-vot finali dwarhom fil-Parlament.

L-għaqdiet tnennew li l-proċess ta’ konsultazzjoni b’rabta mal-liġi ma sarx kif kien suġġerit mil-President.

It-tliet għaqdiet talbu li l-laqgħa ssir qabel il-vot ta’ nhar it-Tlieta.