Iffriżar embrijuni: “Ir-reklam ġie mfassal fuq kliem il-Prim Ministru”

Il-grupp ta’ ommijiet wara l-kampanja Save the Embryo Protection Act Malta rreaġixxa dwar ir-raġuni mogħtija mill-Awtorità tax-Xandir dwar it-twaqqif mix-xandir tat-tieni reklam tagħhom.
Suzanne Vella, f’isem l-ommijiet qalet li l-grupp jixtieq jikkjarifika li dan ir-reklam partikolari kien imfassal fuq dak li qal il-Prim Ministru lill-ġurnal lokali fis-7 ta’ Settembru li għadda:
“This law will give the opportunity for more couples to be able to form families, and for gay women couples to have children and start their own family.”             
Vella sostniet li dan kollu juri li l-għoti jew il-bejgħ tal-ispermi b’mod anonimu jew le, qegħdin jiġu kkunsidrati.
Din il-ġimgħa, l-Awtorità tax-Xandir kisret is-silenzju wara iktar minn ġimagħtejn li waqqfet ix-xandir tat-tliet reklami tal-kampanja Save the Embryo Protection Act Malta, u qalet li t-tieni reklam m’għandux jixxandar għax m'hemm l-ebda abbozz ta’ liġi li jinkludi dan.
Ir-reklam kien jgħid hekk:
A (Vuċi Femminili): Are you aware that our country is considering passing a law where some children could never know who their father is?
B (Vuċi Maskili): Visit facebook page
C (Vuċi ta’ minuri): Save the Embryo Protection Act Malta