​Iffrejpja lit-tfajla fuq Facebook u seta’ weħel 10 snin ħabs

Fl-Irlanda, raġel li ħa l-mowbajl tat-tfajla tiegħu biex jikteb xi ħaġa fuq il-Facebook tagħha, weħel multa ta' €2,000.
Il-każ imur lura għall-2011, meta r-raġel mar biex jikkonfronta lill-eks tfajla tiegħu dwar infedeltà u kien dak il-ħin li ħadilha l-mowbajl biex jiċċekkja l-messaġġi.
Wara li mill-messaġġi rriżulta li kienet f’relazzjoni ġdida, daħal fil-Facebook tagħha u kiteb li hi prostituta u li taċċetta ‘kull offerta.’
Il-Prosekuzzjoni qalet li b’dan ir-reat ir-raġel ta’ 30 sena kiser l-Att Kriminali tal-1991, u b’hekk sar l-ewwel każ kriminali fil-pajjiż b’rabta ma’ ‘stupru fuq Facebook’.
Ir-raġel seta’ weħel massimu ta’ 10 snin priġunerija.