Iffirmata dikjarazzjoni konġunta mal-Palestina

Il-Ministru għall-Affarijiet Barranin George Vella kien involut f’laqgħat ma’ dinjitarji Palestinjani fix-Xatt tal-Punent.
Vella ltaqa’ mal-Prim Ministru Rani Hamdallah, il-President Palestinjan Mahmoud Abbas u l-Ministri għall-Affarijiet Barranin u l-Ekonomija.
Mahmoud Abbas irringazja lill-poplu Malti għall-għajnuna lill-poplu Palestinjan.
Ġiet diskussa s-sitwazzjoni f’Gaża filwaqt li l-Ministru Vella sostna l-pożizzjoni ta’ Malta li għandu jkun hemm żewġ stati dak Palestinjan u Iżraeljan li jgħixu fil-paċi.
Il-Ministru Vella u l-Ministru għall-Affarijiet Barranin Palestinjan iffirmaw dikjarazzjoni konġunta biex jinħoloq kumitat intergovernattiv għall-koperazzjoni fl-oqsma tal-edukazzjoni, it-turiżmu u l-ekonomija.
F’Ramallah, George Vella żar entitajiet tal-karità li bbenefikaw mill-fond ta’ Malta għall-iżvilupp barrani.