Il-Pulizija b’aċċess għall-kameras tat-toroq ta’ Transport Malta

The Malta Police Force

Read in English.

Ġie iffirmat Memorandum of Understanding bejn il-Korp tal-Pulizija ta’ Malta u Transport Malta. Skont stqarrija maħruġa mill-Ministeru għas-Sigurtà Nazzjonali, il-ftehim se jkun qiegħed jifformalizza u jirregola r-relazzjoni bejn iż-żewġ entitajiet, biex il-pulizija jkollhom aċċess aktar regolat u effiċjenti għall-filmati disponibbli mill-cameras ta’ Transport Malta, li s’issa jammontaw għal aktar minn 60 madwar Malta u Għawdex. Il-ftehim jiżgura wkoll li l-privatezza tiġi mħarsa skont il-liġi.

Il-Ministru Ian Borg qal li l-impenn ta’ Transport Malta hu li tkompli taqdi dmirijietha ta’ kuljum, anke permezz tal-uffiċjali fuq it-toroq li wkoll jassistu lill-pulizija fiż-żamma tal-ordni. Il-Ministru Michael Farrugia qal li t-teknoloġija se tkun qed tintuża mhux biss fil-ġlieda kontra l-kriminalità iżda wkoll biex ikun hemm aktar sigurtà fit-toroq.