Iffirmat Memorandum ma’ San Marino dwar is-saħħa

Is-Segretarju Parlamentari għas-Saħħa, Chris Fearne u l-Ministru għas-Saħħa u Sigurtà Soċjali ta’ San Marino, Francesco Mussoni ffirmaw Memorandum of Understanding għall-koperazzjoni bejn iż-żewġ pajjiżi f’dak li għandu x’jaqsam is-saħħa.
Il-memorandum se jiffaċilità r-riċerka u l-prattiċi mediċi u jiffaċilità liż-żewġ stati biex joperaw fil-qasam tal-assistenza medika u jiffavorixxi koperazzjoni bejn iż-żewġ pajjiżi fix-xjenza medika u s-saħħa pubblika, kif ukoll koperazzjoni f’attivitajiet tal-Għaqda Dinjija tas-Saħħa l-WHO u l-Kunsill Ewropew.
Ritratt: DOI:Jason Borg