Iffirmat il-ftehim tat-Trust Fund

Il-mexxejja kollha tal-Unjoni Ewropea kif ukoll tal-pajjiżi Afrikani preżenti ffirmaw il-ftehim tat-Trust Fund bil-għan li jkun hemm fond ta’ €1.8 biljun li diversi pajjiżi diġà kkommettew flus għalih.
L-għan ta’ dan il-fund, li għalih Malta se tkun ikkontribwiet €250,000, hu li jgħin pajjiżi bħall-Etjopja, is-Sudan u l-Uganda, fost oħrajn, biex ikunu jistgħu jittrattaw aħjar il-kawżi tal-immigrazjoni irregolari.
It-Trust Fund, li se jkun applikabbli għal 28 pajjiż Afrikan għall-ħames snin li ġejjin, qed jitqies minn uħud bħala insult għall-pajjiżi Afrikani għax il-flus f’dan il-fund huma ħafna inqas minn dawk li twaqqaf għat-Turkija u li fih hemm €3 biljun.
Illum il-Prim Ministru Malti Joseph Muscat se jkollu diskussjonijiet bilaterali mal-Prim Ministru tas-Somalja Omar Abdirashid Ali Sharmarke, il-President ta’ Franza Francois Hollande, mal-President tal-Iżvizzera Simonetta Sommaruga u l-President tal-Kummissjoni Ewropea Jean-Claude Juncker.