Iffirmat ftehim tal-Europol f’Malta

Ġie ffirmat f’Malta ftehim ta’ kooperazzjoni operazzjonali u strateġika bejn il-Europol u d-Danimarka.
Għalkemm id-Danimarka mhix membru sħiħ tal-aġenzija tal-Unjoni Ewropea, permezz ta’ dan il-ftehim, hi se tkun tista’ taqsam u tiskambja informazzjoni operazzjonali vitali mal-Europol.
L-iffirmar sar nhar is-Sibt 29 ta’ April mid-Direttur tal-Europol, Rob Wainwright, u mid-Direttur tal-Pulizija Nazzjonali Daniża, Svend Larsen, fil-preżenza tal-Ministru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali, Carmelo Abela.
Fi stqarrija, il-Ministeru għall-Intern sostna li l-Presidenza Maltija tal-Kunsill tal-UE qed titfa’ enfasi fuq il-ħtieġa li tissaħħaħ is-sigurtà interna tal-UE.
Ritratt: Ian Noel Pace