​Iffirmat ftehim ta’ kooperazzjoni dwar il-qasam soċjali f’Lisbona

Ilbieraħ, ġie ffirmat il-ftheim ta’ kooperazzjoni bejn Malta u l-Portugall wara li sena ilu ż-żewġ Ministeri tal-Politika Soċjali ffirmaw Memorandum of Understanding.
Il-ftehim ġie ffirmat f’Lisbona bejn il-Ministru għall-Politika Soċjali tal-Portugall Pedro Mota Soares u l-Ministru Solidarjetà Soċjali Michael Farrugia
Dan il-ftehim se jiffaċilità l-ħidma bejn iż-żewġ pajjiżi biex is-sistema tal-politika soċjali tkun aktar sostenibbli.
Iż-żewġ Ministri esprimew ukoll li l-ħbiberija ta’ bejniethom għandha twassal għal aktar koperazzjoni u qablu li joħolqu djalogu b’saħħtu sabiex imbagħad dan ikunu jistgħu jwassluh b’vuċi aktar b’saħħitha fil-livell ta’ laqgħat fi Brussell.