Iffirmat ftehim mal-Ispecial Olympics Malta biex tibda taħdem f’Għawdex

Is-Segretarju Parlamentari għad-Drittijiet ta’ Persuni b’Diżabilità Justyne Caruana ffirmat ftehim mal-Ispecial Olympics f’Malta biex tibda taħdem f’Għawdex ukoll.
Hija qalet li permezz dan il-ftehim, persuni b’diżabilità f’Għawdex se jkollhom l-istess opportunitajiet daqs dawk li jgħixu f’Malta biex jipparteċipaw fl-Ispecial.
Permezz ta’ dan il-kuntratt, is-Segretarjat se jkun qed jiffinanzja dan il-proġett f’Għawdex permezz ta’ xiri ta’ apparat ġdid biex jintuża waqt it-taħriġ, għall-faċilitajiet sportivi, għall-kowċis u għal spejjeż oħra relatati.
Il-fergħa f’Għawdex tal-Ispecial Olympics se taħdem mill-Learning Hub il-ġdid għall-persuni b’diżabilità f’Għajnsielem.
Id-direttriċi tal-Ispecial Olympics Anna Calleja qalet li diġà hemm interess qawwi f’Għawdex u hemm atleta Għawdxija li qed tipprepara għal-logħob li jmiss f’Ċipru.

Ritratt: DOI – Jeremy Wonnacott