Iffirmat ftehim kollettiv bejn l-MCAST u l-MUT

L-MCAST u l-Malta Union of Teachers l-MUT iffirmaw ftehim kollettiv għall-gradi li huma rappreżentati mill-MUT. Permezz tiegħu l-unjiin qalet li se jiżdiedu l-pagi, ir-riżorsi u l-istandards għall-membri akkademiċi tal-kulleġġ.

L-MUT qalet li tifhem l-ammont ta’ xogħol involut fl-MCAST, anke meta jitqabbel ma’ istituzzjonijiet edukattivi oħra. Iktar kmieni, iż-żewġ naħat sabu ruħhom f’tilwima li wasslet ukoll għall-azzjoni industrijali mill-unjin.

Dan il-ftehim se jippermetti wkoll lill-membri akkademiċi tal-MCAST ikomplu l-iżvilupp professjonali tagħhom.

Il-President tal-MCAST Frederick Schembri tkellem dwar l-importanza li l-MCAST jibqa’ katalist għall-bidla fid-dinja tax-xogħol u fis-soċjetà Maltija.

Intant xi membri akkademiċi tal-MCAST għamlu kuntatt ma’ Newsbook.com.mt fejn qalu li ma rċevewx is-salarju tagħhom.