Iffirmat ftehim bejn Malta u l-Kuwajt fis-settur tal-avjazzjoni

Ġie ffirmat ftehim bejn Malta u l-Kuwajt fis-settur tal-avjazzjoni, bil-għan li jkun hemm aktar moviment ta’ nies u investiment bejn iż-żewġ pajjiżi.

Malta u l-Kuwajt mistennija jkomplu jikkollaboraw ma’ xulxin fis-settur tal-avjazzjoni permezz ta’ ftehim li jagħti lok għall-titjiriet regolari bejn Malta u l-Kuwajt.

Waqt laqgħa li l-Prim Ministru Joseph Muscat kellu mal-Prim Ministru tal-Kuwajt fi New York, l-Istati Uniti, Dr Muscat semma s-suċċess ta’ Malta fil-qasam tal-manutenzjoni tal-ajruplani kif tixhed il-preżenza ta’ kumpaniji bħal Lufthansa Technik u SR Technik.

Ritratt: DOI – Omar Camilleri