Iffirmat dokument intiż biex jgħin lir-refugjati tal-Korea ta’ Fuq

L-Ispeaker tal-Kamra tad-Deputati Anġlu Farrugia iffirma dokument internazzjonali li jindirizza l-ksur ta' drittijiet tal-bniedem fil-konfront tar-refugjati tal-Korea ta' Fuq. Dan id-dokument ġie iffirmat fl-egħluq tal-konferenza internazzjonali li saret fil-Polonja u li ġiet organiżżata minn koalizzjoni ta’ membri parlamentari internazzjonali li qed jaħdmu favur id-drittijiet tar-refuġjati Koreani.

L-Ispeaker tal-Kamra Anġlu Farrugia kien qed imexxi id-delegazzjoni parlamentari Maltija.

Din il-konferenza ħeġġet lis-Segretarju Ġenerali tal-Ġnus Maqgħuda sabiex il-Kunsill tal-Ewropa u l-Unjoni Ewropeja iżidu b'kull mezz il-ħidma internazzjonali biex tiġi indirizzata t-traġedja dwar il-ksur ta' drittijiet tal-bniedem fil-konfront tar-refugjati tal-Korea ta' Fuq.