Iffirmat b’miljun ewro fi proġetti bl-għajnuna tal-fondi Ewropej

Ġew iffirmati b’madwar miljun ewro fi proġetti u inizjattivi bl-għajnuna tal-fondi Ewropej.
Is-Segretarju Parlamentari għall-Fondi Ewropej, Ian Borg qal li permezz ta’ dawn il-fondi mistennija li jiġu mwettqa 19-il proġett li se jgħinu fl-iżvilupp tal-irħula.
Fost dawk li se jibbenefikaw minn dawn il-fondi hemm 10 Kunsilli Lokali, numru ta’ NGOs kif ukoll intrapriżi żgħar u medji.
Ian Borg spjega kif permezz ta’ dawn il-proġetti, se jitwettqu proġetti f’numru ta’ oqsma minn attivitajiet soċjali u kulturali, interventi fiżiċi immirati sabiex itejbu l-infrastruttura fl-irħula rurali favur turiżmu sostenibbli.
Hemm ukoll proġett ieħor strateġiku, li se tmexxi l-Gozo Tourism Association, sabiex tirriklama lil Għawdex bħala destinazzjoni unika.
Is-Segretarju Parlamentari Borg li l-fondi Ewropej mill-programm LEADER għas-snin 2014-2020 se jkunu ta’ madwar €7 Miljun. Din tissarraf f’żieda ta’ 3 Miljun Ewro.

Ritratt: DOI – Jeremy Wonnacott