Iffirma l-petizzjoni ta’ Newsbook biex 22 tifel u tifla ma jitkeċċewx minn Malta

Agħmel il-parti tiegħek biex 22 tifel u tifla, uħud minnhom ta’ sentejn, ma jitkeċċewx minn Malta. Iffirma l-petizzjoni ta’ Newsbook.com.mt billi tagħfas hawn jew http://chng.it/v5MQGr9KxV.

Aktar kmieni llum il-gazzetta The Sunday Times of Malta ppubblikat rapport jgħid li 22 tifel u tifla se jitkeċċew minn Malta peress li l-ġenituri tagħhom ma jaqilgħux €19,000 fis-sena flimkien ma’ €3,800 extra għal kull tifel u tifla li jkollhom. Dawn iċ-ċifri ma jinkludux dħul mis-sahra jew xi bonus.

L-Arċisqof jinsab f’kuntatt mal-Gvern biex joffri l-għajnuna tal-Knisja fil-każ tat-22 tifel u tifla, uħud ta’ sentejn, mhedda bi tkeċċija minn Malta.