Iffalsifikaw tliet passaporti; sitt xhur ħabs

Read in English.

Tlitt irġiel mill-Bangladesh ġew ikkundannati sitt xhur ħabs wara li ammettew li ffalsifikaw tliet passaporti u dokumenti oħra biex jaħarbu minn Malta.

It-tlitt irġiel li l-etajiet tagħhom ivarjaw bejn 17 u 32 sena waslu Malta illegalment u ħarbu miċ-Ċentru ta’ Detenzjoni ftit ġimgħat wara.

Fil-Qorti huma ammettew li ffalsifikaw tliet passaporti Pakistani u ħarbu lejn l-Italja. Il-Proskuzzjoni qalet li t-tlitt irġiel intbagħtu lura Malta wara li ġew interċettati mill-Pulizija Taljana mal-wasla tagħhom. It-tlitt immigranti ġew ikkundannati sitt xhur ħabs.L-avukat tal-għajnuna legali Joe Brincat deher għall-akkużati.