Ifeġġu 3 każi ġodda tal-coronavirus; ifiqu 3 oħra

Miguela Xuereb

Read in English.

Matul il-jum tal-bieraħ feġġew total ta’ tliet każi ġodda tal-coronavirus wara li saru 1,027 swab test.

Dan ħareġ mill-inforgrafika tal-lum mill-Ministeru għas-Saħħa li tħares lejn l-aħħar żviluppi tal-coronavirus. Jidher li t-tliet każi huma sporadiċi b’wieħed minnhom biss kien każ fejn il-persuna kellha sintomi tal-virus.

Intant, jidher li fiqu tliet persuni oħrajn mill-virus. Dan biex l-għadd totali ta’ persuni li fiqu jitla’ għal 627. It-total ta’ każi li nstabu f’Malta mis-7 ta’ Marzu jammontaw għal 668. Minnhom fadal 32 li huma attivi, filwaqt li disa’ persuni mietu.

OFFICIAL COVID-19 figures for 25•06•2020Chris Fearne | MaltaGov | Health Promotion and Disease Prevention Directorate | Covid19 Malta

Posted by saħħa on Thursday, June 25, 2020

It-total ta’ swab tests li saru fil-pajjiż s’issa huwa ta’ 91,571.

L-aħbar tal-lum wasslet fi tmiema s-sensiela ta’ tliet ijiem fejn ma kienx hawn każi pożittivi tal-coronavirus fil-pajjiż.