Ifeġġ l-ewwel każ tal-coronavirus fi Sqallija

agi.it

Read in English.

Sqallija għandha l-ewwel każ tal-coronavirus.

Dan tħabbar dalgħodu mill-ġurnal Taljan La Repubblica.

Il-każ fi Sqallija huwa ta’ mara minn Bergamo li qiegħda Palermo għal vaganza. Dan juri li l-virus beda jinfirex għan-naħa t’isfel tal-Italja.

Apparti l-każ f’Palermo, hemm ukoll każ f’Firenze. Il-pazjent huwa intraprenditur ta’ 60 sena li għandu l-kumpaniji fil-Lvant. Dan il-każ għad irid jiġi kkonfermat mill-awtoritajiet tas-saħħa Taljani.

Jidher li s’issa hemm 229 persuna infettata u seba’ persuni tilfu ħajjithom minħabba l-virus.