Ifeġġ każ ieħor ta’ coronavirus f’Wuhan fiċ-Ċina

Il-Kummissjoni Nazzjonali għas-Saħħa fiċ-Ċina rrappurtat 14-il każ ġdid tal-coronavirus ilbieraħ, fosthom wieħed f’Wuhan. Wuhan hija l-belt Ċiniża minn fejn oriġina l-virus li nfirex mad-dinja kollha.

Filwaqt li ċ-Ċina uffiċjalment iddikjarat li l-pajjiż kien ta’ riskju baxx il-Ħamis li għadda, il-każi ġodda mħabbra llum juru qabża mill-każ ewlieni rrappurtat ilbieraħ. In-numru kien daqshekk kbir minħabba cluster li nstab bil-belt Shulan.

Uffiċjali fil-belt ta’ Shulan reġgħu għollew il-livell ta’ riskju fil-belt minn wieħed moderat għal wieħed għoli. Fis-7 ta’ Mejju, mara nstabet pożittiva fil-belt. Ilbieraħ, 11-il membru tal-familja tagħha u xi oħrajn li ġew f’kuntatt magħhom instab li wkoll kienu pożittivi.

Il-każ il-ġdid f’Wuhan ġie wara kważi xahar sħiħ fejn ma nstab l-ebda każ ġdid. L-aħħar każ li kien rappurtat f’Wuhan kien lura fit-3 ta’ April. Jidher li l-persuna li nstabet pożittiva f’Wuhan ma kelliex sintomi iżda kienet qed iġġorr il-virus.

Iż-żewġ każijiet l-oħrajn kienu infezzjonijiet impurtati.

Jekk tixtieq tkun minn tal-ewwel li tirċievi l-aħħar aħbarijiet dwar il-coronavirus f’Malta, niżżel l-APP ta’ Newsbook minn hawn