Ifeġġ każ ġdid tal-coronavirus; ifiqu 7

Miguela Xuereb

Read in English.

Hekk kif il-jum tal-bieraħ kiser ir-rekord ta’ erbat ijiem konsekuttivi mingħajr każi ġodda tal-coronavirus, illum Malta sebħet għas-sejba ta’ każ ġdid. Iżda mal-każ wieħed ġdid jidher li fiqu seba’ persuni.

Dan ħareġ mill-infografika tal-lum ippubblikata mill-paġna ta’ Facebook tal-Ministeru għas-Saħħa.

Matul il-jum tal-bieraħ saru total ta’ 1,135 swab test. Minnhom instab każ sporadiku. Il-persuna kellha s-sintomi tal-coronavirus.

In-numru ta’ każi attivi fil-pajjiż niżel għan-numru baxx ta’ 15-il każ. Minn meta feġġet il-pandemija fil-pajjiż, lura fis-7 ta’ Marzu, s’issa, fil-pajjiż kienu rreġistrati total ta’ 671 każ tal-coronavirus. Minnhom fiqu total ta’ 647 persuna u mietu disa’.

OFFICIAL COVID-19 figures for 01•07•2020Chris Fearne | MaltaGov | Health Promotion and Disease Prevention Directorate | Covid19 Malta

Posted by saħħa on Wednesday, July 1, 2020

Minn dak iż-żmien ‘l hawn, saru wkoll total ta’ 96,266 swab test.