Ifaqqsu 98 fekruna fil-Ġnejna

Chris Zammit Cordina

Jibdew ifaqqsu l-bajd tal-fkieren fil-Ġnejna. F’post fuq Facebook, l-għaqda Nature Trust qalu li s’issa faqqsu 98 fekruna. Huma rringrazzjaw lill-voluntiera kollha li għenu jieħdu ħsieb il-bajd tal-fekruna sakkem faqqsu.

It's Time!! 98 hatchlings so far!! 😍🐢

Posted by Nature Trust – FEE Malta on Wednesday, August 22, 2018

Fil-bidu t’Awwissu l-Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi (ERA) u n-Nature Trust Malta ħadmu biex isalvaw il-bajd tal-fkieren permezz ta’ xkejjer tar-ramel biex jipproteġu l-bejta wara l-ilmijiet li niżlu kawża tal-maltemp.

L-aħħar darba li faqqsu l-bajd tal-fkieren f’Għajn Tuffieħa fejn kienu faqqsu 66 bajda f’Settembru 2016.