Ifalli attentat ta’ assassinju fuq il-President tal-Veneżwela

Il-President tal-Veneżwela Nicolas Maduro ħelisa ħafif minn attentat ta’ assassinju, wara li drone mimli splussivi li beda jittajjar f’Caracas, fejn l-President kien qed jattendi parata militari, ġġarraf minn membri tas-siġurta’ li temmew l-attentat.

Maduro qal li kollox jindika li dak kien attentat minn fergħa politika leminija li għandha l-għeruq tagħha fl-istati ta’ Colombia u l-Florida fl-Istati Uniti fejn bosta nies mill-Veneżwela jgħixu.

Hu qal li min kien wara l-attentat inqabad mingħjar ma elabora fuq il-każ. Is-Soċjalist Maduro li leħaq president mis-2013 wara l-mewt ta’ Hugo Chavez ma weġġgħax fl-inċident, b’diversi suldati tal-siġurta’ nazzjonali jindarbu.

Maduro rebaħ terminu ġdid biex ikom’pli jmexxi f’Mejju ta’ din is-sena iżda r-rivali tiegħu akkużaw b’irregolitajiet fil-proċess elettorali.