Ifakkru lill-pulizija li nqatel minn kollega

Bħal-lum 19-il sena nqatel il-kuntistabbli Mark Farrugia ta’ 23 sena, meta kien dieħel lura d-dar wara lejl xogħol.
Il-ħajja ta’ PC 525 inħasdet fl-20 ta’ Marzu tal-1999, fuq l-għatba tad-dar tiegħu f’Ħal Tarxien. Huwa kien ilu pulizija erba’ snin.
Fl-2001, kuntistabbli ieħor, Etienne Carter instab ħati bil-qtil tiegħu u weħel 22 sena ħabs.
Fil-Qorti kien intqal li Farrugia nqatel bi tpattija minħabba li kien irrapporta lil Carter talli saq karozza mingħajr polza tal-assigurazzjoni.