Ifakkru lil min bata minħabba l-libertà tal-espressjoni; jiġbru flus għar-restawr ta’ kwadri

Żewġ residenti minn San Ġiljan, Dr John Vassallo u Dr Marianne Noll qed jorganizzaw kunċert biex jiġbru fondi għar-restawr ta’ kwadri reliġjużi tas-Seklu 17.  L-istat ta’ konservazzjoni tagħhom huwa fqir, b’dak li jirrafigura lil San Ġwann jeħtieġ intervent urġenti.
Il-kunċert bl-isem ta’ ‘A Concert for Fallen Heroes’ se jfakkar lil dawk li batew u li tilfu ħajjithom għal-libertà tal-espressjoni.
Il-kunċert mir-Rotterdam Ensemble se jkun taħt id-direzzjoni ta’ Mro. Roberto Beltran Zavala u se jsir is-Sibt 19 ta’ Mejju fit-8pm, fil-Knisja l-Antika ta’ San Ġiljan, magħrufa bħala Ta’ Lapsi.
Fost il-parteċipanti se jkun hemm il-mezzosopran lokali Clare Ghigo, Jennifer Melville fuq l-oboe u l-klarinettistà Maltija, Jessica Ellul.
Ir-ripertorju mużikali se jkun varjat b’mużika ta’ Schubert, Barber, Puccini, Orff u Mahler.
Il-biljetti tad-dħul jiswew €15 u jinkisbu mill-entratura.
Wieħed jista’ jirriserva post billi jċempel fuq 79703139 jew billi jibgħat imejl fuq knisjalapsi@gmail.com.