Ifakkru lil Guido De Marco fil-Palazz ta’ San Anton

Il-President Coleiro Preca faħħret ix-xogħol siewi li Guido de Marco għamel f’ħajtu waqt serata mużiko-letterarja ddedikata lilu.

Hija qalet kif kien statista u politiku li rriffletta valuri etiċi u rispettabbli fil-politika u għandu jinżamm bħala wieħed mill-mudelli ta’ dan. Huwa ħadem biex Malta tkun aktar viżibbli f’diversi fora internazzjonali, fil-Ġnus Magħquda, fil-Commonwealth Foundation, u fl-Unjoni Ewropea.

L-Uffiċċju tal-President organizza wirja b’diversi ritratti u memorabilia differenti marbuta mal-karriera ta’ Guido de Marco waqt l-istess serata.