Ifakkru l-memorja ta’ Dun Salv Borg f’Għawdex

Hekk kif illum il-Knisja Kattolika tfakkar lill-qaddis u fundatur tal-Ġiżwiti Sant’ Injazju ta’ Loyola, illum huwa wkoll għeluq snin Monsinjur Salv Borg li twieled fl-1944 fil-Belt Victoria Għawdex. Mons. Borg ġej minn familja li fiha hemm diversi persuni reliġjużi fosthom Dun Ġwann Scicluna li jiġi z-ziju t’ommu u kien wieħed mill-grupp ta’ kononċi li stabillixxa l-Kolleġġjata ta’ San Ġorġ fl-1976. Persuni oħra li jiġu minn Mons. Salv Borg huma Patri Tumas li kien jifforma parti mill-Franġiskani Minuri u Patri Akkrusju Xerri li waqqaf Għawdex jew kif inhi magħrufa aktar illum il-ġurnata, Il-Ħajja f’Għawdex.

Fuq il-websajt tal-Parroċċa ta’ San Ġorġ f’Għawdex, il-Parroċċa selmet il-memorja ta’ Dun Salv Borg u tat ftit tagħrif fuq il-ħajja tiegħu. Dun Salv Borg kien predikatur u direttur spritiwali tajjeb ħafna u kien ukoll membru fil-Moviment Pro Sanctitate f’Ruma. Huwa kien iżomm mat-tim internazzjonali AC Milan. Huwa serva bħala Arċipriet fil-Bażilika ta’ San Ġorġ bejn l-1986 u l-1997. Matul iċ-ċelebrazzjonijitet li fakkru ċ-ċentinarju tal-istess Bażilika fl-2003, Mons. Salv Borg ħa sehem fiċ-ċelebrazzjonijiet flimkien ma’ Mons Joseph Farrugia.

Mons Salv Borg miet f’Settembru 2007 wara li għamel perjodu qasir marid, matul dan iż-żmien huwa wera kuraġġ kbir. Huwa bħala direttur spiritwali flimkien ma’ diversi parruċċani żaru Lourdes diversi drabi. F’dan il-jum il-parroċċa ta’ San Ġorġ fakkret il-memorja ta’ Dun Salv Borg għall-karattru tiegħu kif ukoll li kien persuna li jirrifletti l-ideal ta’ persuna Kristjana.