​Ifakkru l-31 anniversarju tal-mewt tal-fundatur tad-Dar tal-Providenza

Saret quddiesa biex jitfakkar il-31 anniversarju tal-mewt ta’ Mons. Mikiel Azzoardi, li waqqaf id-Dar tal-Providenza fl-1965.
Fl-omelija waqt il-quddiesa, il-Vagarju Ġenerali Mons. Joe Galea Curmi qal li “l-impenn sħiħ ta’ Mons. Mikiel Azzopardi wera ruħu fl-imħabba tiegħu lejn dawk emarġinati, bla vuċi, moħbija, u minsija minn ħafna nies.”
Il-Vigarju Ġenerali kompla jgħid li Dun Mikiel ried li s-soċjetà Maltija tagħraf id-dinjità ta’ kull bniedem. Qal li l-messaġġ tiegħu jgħodd ukoll illum. Qal quddiem il-ħajja umana wieħed m’għandux joqgħod jgħodd ċ-ċelloli biex jara jekk jistħoqilhomx dinjità.
Għal din il-Quddiesa, li saret fil-kappella tad-Dar tal-Providenza, attendew għadd ta’ membri tal-Azzjoni Kattolika Maltija (AKM), residenti, u ħbieb tad-Dar.