Ifajjarlu daqqiet t’arma bil-ponta u jaħrab minn fuq il-post

Ingliż ta’ 26 sena ġarrab ġrieħi gravi wara li qala daqqiet ta’ arma li taqta’ u bil-ponta mingħand Malti ta’ 22 sena.
Il-Pulizija qalet li l-inċident seħħ għall-ħabta tas-7am, fi Triq il-Kavetta l-Qawra.
Ir-raġuni tal-argument ma ngħatatx, iżda jidher li ż-żagħżugħ Malti, residenti San Pawl il-Baħar, ħarab minn fuq il-post.
L-Ingliż ittieħed Mater Dei, fejn ġewlu ċċertifikati l-ġrieħi msemmija.
Il-Pulizija qed tinvestiga l-każ biex tasal għand l-allegat aggressur.