“Ieqfu użaw il-mowbajl, u tkellmu ma’ familtkom” – il-Papa

FILE PHOTO: Pope Francis reacts as he arrives to deliver the "Urbi et Orbi" Christmas Day message from the main balcony of St. Peter's Basilica at the Vatican, December 25, 2019. REUTERS/Yara Nardi

Read in English.

Il-Papa Franġisku avża kemm hu mportanti li waqt l-ikel, il-familji jkellmu lil xulxin flok jużaw il-mowbajl. Huwa semma’ lil Ġesù, Marija u Gużeppi bħala eżempju għall-familji.

Il-Papa spjega kif huma kienu jitolbu, jaħdmu u jikkomunikaw ma’ xulxin. Kien qed ikellem lin-nies miġburin fil-pjazza ta’ San Pietru fil-Vatikan għall-Anġelus.

Huwa qal li jsaqsi lilu nnifsu jekk aħna fil-familji tagħna nafux nikkomunikaw bejnietna, jew jekk aħnix bħal dawk it-tfal mal-mejda tal-ikel bil-mowbajls f’idejhom. Qal li jkun hemm skiet daqs li kieku qiegħdin waqt quddies, imma mingħajr komunikazzjoni.

Il-Papa qal li rridu nerġgħu nibdew nikkomunikaw mal-familji tagħna. Sostna li dan huwa l-missjoni tagħna llum, fil-ġurnata tal-Familja Sagra.