Aġġornata: Jinstab ir-raġel li kien irrappurtat nieqes

Il-Pulizija avżat li Martin George Walker, li kien irrappurtat nieqes instab għall-ħabta ta' nofsillejl. 

Aktar kmieni: 
Martin George Walker ta’ 37 sena, kien irrapurtat nieqes fit-2 ta’ Awwissu 2014.  
L-aħħar li deher kien f’bar f’ San Pawl il-Baħar, meta kien liebes qalziet tat-tracksuit blu u qmis bajda bl-isfar. Walker għandu għajnejh kannella u xagħru sewda.
Kull min għandu xi informazzjoni dwar Martin George Walker għandu jgħaddiha lill-Pulizija, anke b’mod kunfidenzjali, fuq in-numru 2122 4001 jew fl-eqreb għassa tal-Pulizija.