Iduru mat-toroq b’kampanja favur iż-żieda fil-paga minima

Membri tal-Kampanja Paga Minima komplew bil-kampanja tagħhom sabiex tiżdied il-paga minima.
Waqt tour pagi fis-suq tal-Birgu, il-membri qassmu fuljett lill-pubbliku u saħqu li qed jitolbu għal żieda ta’ 11% fil-paga mimina, li tkun mifruxa fuq tliet snin.
Spjegaw li qed jitolbu wkoll biex il-mekkaniżmu li bih tinħadem l-għoli tal-ħajja (il-COLA) tkun riveduta.
Qalu li t-talba tagħhom hija sostenibbli meta wieħed iqis li l-ekonomija ta’ Malta sejra tajjeb.
Divers nies qassmu l-esperjenza tagħhom mal-membri tal-Kampanja Paga Minima, dwar kemm hu diffiċli li wieħed jgħix b’paga baxxa.