Iduru l-monti b’kampanja għal żieda fil-paga minima

Membri tal-Kampanja Paga Minima komplew bil-kampanja tagħhom favur iż-żieda fil-paga minima.
Waqt tour pagi fis-suq ta’ Ħal Qormi, il-membri qassmu fuljett lill-pubbliku u spjegaw li qed jitolbu għal żieda ta’ 11% fil-paga mimina, li tkun mifruxa fuq tliet snin.
Divers nies qasmu l-esperjenza tagħhom mal-membri tal-Kampanja Paga Minima, fosthom bejjiegħa , li nnotaw, li żieda fil-paga minima tagħmel ġid lill-kummerċ għax iżżid il-flus fl-idejn u tiġġenera l-infieq.