Idur id-dinja bla ħajja b’wiċċu fit-tajn

Heżżeż id-dinja r-ritratt tal-katavru ta’ Mohammed Shohayet, it-tifel ta’ sena u erba’ xhur, wiċċu 'l isfel mgħaddas fit-tajn.
Missier it-tifel li nstab bla ħajja qed jittama li r-ritratt xokkanti ta’ ibnu jgħaddi messaġġ lill-mexxejja dinjin.
Mohammed kien ma’ familtu, jippruvaw jaħarbu minn Myanmar minħabba persekuzzjoni reliġjuża.
Il-pjan kien li jmorru Bangladexx, iżda f’nofs il-vjaġġ għerqet id-dgħajsa li kienu fuqha.
Aktar tard il-katavru tat-tifel tela’ fuq ix-xtajta.
Ir-ritratt tiegħu fakkar lid-dinja f’Aylan Kurdi, it-tifel Sirjan li għereq ‘il barra mill-kosta Torka, waqt li pprova jaħrab mis-Sirja.