Identity Malta tirrevedi l-ħinijiet tal-ftuħ wara li ma tlaħħaqx mad-domanda

Read in English.

Identity Malta rrevediet il-ħinijiet tal-ftuħ tagħha wara li ma kinitx qed tilħaq id-domanda tan-nies, tant li bosta barranin spiċċaw qattgħu l-lejl jistennew barra l-uffiċini ta’ Identity Malta fil-Belt Valletta għax ma nqdewx tul il-ġurnata. Qalet ukoll li beħsiebha żżid l-impjegati tagħha.

Aqra: Filmat: Xugamani, lilos u mħaded mill-Maltin għal dawk jistennew id-dokumenti minn Identity Malta

Nhar il-Ħamis filgħodu ngħataw xugamani tal-baħar, lilos u mħaded lil persuni li baqgħu jistennew quddiem Identity Malta matul il-lejl. Dan skont kitba fuq il-midja soċjali li qalet li kien hemm numru ta’ persuni Maltin li waħħlu posters ħdejn l-uffiċini ta’ Identity Malta ‘You are very welcome.’

Minn nhar it-Tnejn li ġej, se tieqaf l-iskeda preżenti u fit-Taqsima tal-Espatrijati se jintlaqgħu applikazzjonijiet mit-Tnejn sal-Ġimgħa bejn is-7.30am u l-11.30am, u dawn jibqgħu jiġu pproċessati fil-ħin ta’ wara.

Mit-Tnejn, l-1 ta’ Lulju, it-Taqsima tal-Visa se tilqa’ lill-pubbliku mit-Tnejn sal-Ġimgħa bejn it-8am u s-2pm. B’hekk, se jiżdiedu s-sigħat ta’ din it-taqsima bi 12-il siegħa fil-ġimgħa.