Identity Malta terġa’ toħroġ Single Permits minn Awwissu

Read in English.

Identity Malta se tkun qed terġa’ tilqa applikazzjonijiet ġodda għal Single Permit mit-3 ta’ Awwissu 2020.

Kelliem għall-Identity Malta qal lil Newsbook.com.mt libejn Marzu u Lulju, Identity Malta ħarġet single permits ġodda għal ħaddiema highly skilled (Key Employee Initiative) u ħaddiema fis-settur tas-saħħa u l-kura biss.

Intqal li l-applikazzjonijiet kollha tas-single permit se jkunu assessjati “b’mod u fil-kuntest tas-suq tax-xogħol preżenti u l-liġijiet applikabbli.”

Applikanti jkunu jistgħu jissottomettu applikazzjoni online fuq https://singlepermit.gov.mt/.

Ittri ta’ approvazzjoni li jkunu skadew se jiġu estiżi

Identity Malta se tkun qed tikkomunika d-dati estiżi permezz ta’ ittri ġodda lil dawk l-applikanti li kellhom l-applikazzjoni tagħhom approvata fil-prinċipju,  li għadhom  barra minn Malta u li l-ittra tagħhom issa skadiet.

Applikazzjonijiet pendenti se jiġu assessjati mill-ġdid

Fir-rigward ta’ applikazzjonijiet li saru pendenti f’Marzu, dawn jiġu assessjati mill-ġdid fid-dawl tal-iżviluppi li kien hemm fir-rekwiżiti u s-sitwazzjoni tas-suq tax-xogħol u deċiżjoni finali dwarhom tkun komunikata dalwaqt.

L-approvazzjoni tal-viża u l-permess għax-xogħol u residenza tingħata mingħajr preġudizzju skont:

  • kwalunkwe approvazzjoni oħra li tkun meħtieġa mill-Awtoritajiet tas-Saħħa Maltin sabiex l-applikant ikun jista’ jiġi Malta (skont l-Avviżi Legali 244, 255, 280 and 290 tal-2020, u/jew kwalunke Avviż Legali sussegwenti ieħor relatat li jista’ jinħareġ mill-Awtoritajiet tas-Saħħa)
  • kwalunkwe rekwiżiti b’rabta mal-viża speċjalment f’każ li l-applikant ikun ġej minn pajjiż fejn m’hemmx faċilitajiet għall-ħruġ tal-viża
  • kwalunkwe restrizzjonijiet b’rabta ma’ vjaġġar lejn Malta imposti minn Membri Stati li minnhom l-applikant ikun irid jgħaddi sabiex mill-pajjiż minn fejn oriġina jkun jista’ jasal Malta