Identity Malta b’eżerċizzju ta’ tisħiħ tal-operat

L-Aġenzija Identity Malta qed tagħmel eżerċizzju ta’ tisħiħ tal-operat f’għadd ta’ taqsimiet.
Fi żjara li għamlet lill-ħaddiema ta’ Identity Malta, is-Segretarju Parlamentari għas-Simplifikazzjoni tal-Proċessi Amministrattivi Julia Farrugia Portelli spjegat li dan l-eżerċizzju se jsir ukoll mal-istakeholders.
Hija qalet li fl-aħħar xhur l-entità kellha żieda sostanzjali ta’ xogħol ġdid u stqarret li dan wassal għal sfidi ġodda għal 250 impjegat ta’ Identity Malta.
Ritratt: DOI: Omar Camilleri