Identifikati nuqqasijiet serji f’Nemea Bank

L-Awtorità għas-Servizzi Finanzjarji ta' Malta (MFSA) qalet li kienu identifikati numru ta' nuqqasijiet serji f'Nemea Bank, li jopera minn Portomaso Tower f'San Ġiljan.
Għaldaqstant, l-MFSA illum appuntat lill-Pricewaterhouse Coopers Malta bħala l-persuni kompetenti biex ikunu inkarigati jipproteġu l-interessi tad-depożitanti u l-klijenti l-oħra tal-Bank u avżat li  l-limitu għal ġbid ta' flus mill-kontijiet hu ta' €250 kull jum.
Se tieħu wkoll f'idejha l-kontroll tal-bank u tkompli tinnegozja f'isem il-Bank skont id-direzzjonijiet tal-MFSA.
Dawn il-miżuri se jibqgħu fis-seħħ sakemm l-MFSA tindika mod ieħor.
L-ispezzjoni saret flimkien ma' membri tal-Bank Ċentrali Ewropew u kien iffinalizzat dan ix-xahar.
Kull komunikazzjoni relatata mal-Bank għandha tkun indirizzata lill-Bank fuq 25708100.