Identifikati 13-il suldat ta’ El Salvador li qatlu Ġiżwiti fl-1989

Uħud mill-Ġiżwiti maqtula fl-Università Amerikana ta' El Salvador fl-1989

Il-Gvern tal-Istati Uniti għandu diversi mezzi biex f’każi ta’ ksur u abbużi tad-drittijiet umani jieħu passi kontra min ikun wettaqhom.

Fl-Amerika hemm liġi li f’każi fejn is-Segretarju tal-Istat jkollu informazzjoni kredibbli li xi uffiċjal jew ex uffiċjal ta’ xi Gvern barrani ikun involut direttament jew indirettament, fi ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem jew f’korruzzjoni, dawk l-uffiċjali u l-familji qrib tagħhom ma jitħallewx jidħlu fl-Istati Uniti.

Din il-liġi tapplika biss għal uffiċjali governattivi li għadhom iservu u ma tapplikax għal persuni li m’humiex uffiċjali dipendenti tal-Gvern tal-pajjiż in kwestjoni. Individwi oħra identifikati li wettqu dawn l-abbużi jistgħu jkunu suġġetti għal restrizzjonijiet oħra fuq il-visa biex jidħlu fl-Amerika.

Qtil extraġudizzjarju

Lejn tmiem Jannar, id-Dipartiment tal-Istat Amerikan identifika 13-il persuna li jaqgħu taħt il-provvedimenti ta’ din il-liġi. Dawn kienu involuti fi ksur serju tad-drittijiet umani f’El Salvador billi ppjanaw u esegwew il-qtil extraġudizzjarju ta’ sitt patrijiet Ġiżwiti u żewġ persuni oħra, fis-16 ta’ Novembru 1989 fil-campus tal-Università Amerikana ta’ El Salvador.

L-IsatiUniti tikkundanna kull abbuż tad-drittijiet umani li saru miż-żewġ naħat tul il-gwerra ċivili f’El Salvador, inkluż dawk imwettqa minn uffiċjali governattivi.

Id-Dipatiment Amerikan qed isostni li għandu informazzjoni ta’ min joqgħod fuqha dwar l-identità ta’ 13-persuna (li ppubblika l-ismijiet tagħhom) li kien nvoluti fi ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem. Ilkoll huma persuni li kienu membri tal-militar ta’ El Salvador fi gradi li jvarjaw minn Ġeneral sa suldati ordinarji li kienu nvoluti fl-ippjanar u l-esekuzzjoni tal-qtil tal-patrijiet Ġiżwiti u tnejn oħra.

L-Istati Uniti għadha tappoġġja l-isforzi li għadhom għaddejjin ta’ rikonċiljazzjoni u paċi f’El Salvador. L-Armata Amerikan għandha relazzjonijiet tajbin mal-Forzi Armati ta’ El Salvador imma determinata li tkompli  tuża l-għodda u l-awtorità kollha, skont il-bżonn, biex twaqqaf ksur u abbużi tad-drittijiet umani madwar id-dinja kollha irrispettivament minn meta seħħew u min wettaqhom.

Għalhekk it-13 il-persuna identifikati u l-familji tagħhom huma projbiti milli jidħlu fl-Istati Uniti tal-Amerika.  Din l-azzjoni tkompli turi id-determinazzjoni tal-Amerika favur id-drittijiet umani u l-impenn tagħha li dawk responsabbli għal dawn il-ksur tad-drittijiet jieħdu dak li ħaqqhom.