Identifikat terrorist ieħor fl-attakki ta’ Pariġi

Ġie identifikat terrorist ieħor li kien involut fl-attakki terroristiċi f'Pariġi f'Novembru li għadda.
Hu Chakib Akrouh, ta’ 25 sena, Belġjan-Marokkin, imwieled fil-Belġju, li ġie identifikat permezz tad-DNA tal-omm.
Akrouh kien wettaq attakk suwiċida u sploda lilu nnifsu fl-appartament fis-subborg ta' Saint-Denis li hu marbut mal-imħuħ wara l-attakk.
Jingħad li Akrouh kien qed jinħeba fl-appartament mas-suspettat Abdelhamid Abaaoud, li fit-18 ta' Novembru miet flimkien ma’ kuġinuh f'rejd li sar fl-appartament mill-pulizija.
Tal-inqas wieħed mit-terroristi li wettqu l-attakk f’kunċert, fil-kafeteriji u fi stadium f’Novembru li għadda, għadu mhux identifikat.