Identifikat tagħmir modern għall-għadd elettroniku tal-voti

Il-Ministru għall-Ġustizzja Owen Bonnici ħabbar fil-Parlament li l-Kummissjoni Elettorali identifikat t-tagħmir elettroniku neċessarju biex mill-elezzjonijiet Ewropej tas-sena d-diehla, l-għadd tal-voti jibda jsir b’mod elettroniku.
Il-Ministru kien qed jitkellem fl-għeluq tad-dibattitu fl-istadju tat-tieni qari dwar l-emendi fil-liġi tal-elezzjonijiet ġenerali.
Il-Ministru Bonnici reġa’ fakkar li l-votazzjoni se tibqa’ ssir b’mod tradizzjonali fejn il-votant irid imur fil-post tal-votazzjoni jitfa’ l-polza tal-vot tiegħu f’kaxxi provduti apposta mill-Kummissjoni Elettorali.
Min-naħa tiegħu, id-deputat Nazzjonalista Mario Galea qal li l-Gvern għandu jlaqqa’ l-istakeholders ewlenin fosthom il-pubbliku u l-mezzi tax-xandir biex jiżgura li kulhadd ikun qed jifhem li l-proċess elettorali qed jitħaffef waqt li jibqa’ ġust u sigur.