Identifikat iż-żagħżugħ wara l-attakk terroristiku f’Londra

Aġġornat 07:12 AM

Ġimgha ilu kien inħeles mill-ħabs wara li skonta sentenza marbuta mat-terroriżmu.

BBC

Il-Pulizija Ingliża qalet li kien Sudesh Amman, ta’ 20 sena, il-persuna wara l-attakk terroristiku l-Ħadd waranofsinhar fiż-żona ta’ Streatham fin-Nofsinhar ta’ Londra. 

Amman kien taħt osservazzjoni mill-Pulizija meta beda jħebb għan-nies fi triq fi Streatham b’sikkina qabel ma nqatel mill-pulizija.

Ġimgħa ilu kien inħeles mill-ħabs wara li skonta sentenza marbuta mat-terroriżmu.

Bħala reazzjoni għal dak li ġara l-Ħadd, il-Prim Ministru Ingliż Boris Johnson il-Ħadd mistenni jħabbar sensiela ta’ miżuri ġodda rigward nies li jkunu skuntaw xi piena minħabba terroriżmu.

Sorsi qalu li fil-każ ta’ Amman, filwaqt li kien magħruf li kien ta’ periklu, ma kien hemm ebda azzjoni konkreta li l-Pulizija setgħu jieħdu kontrih wara li nħeles mill-ħabs.