Identifikat il-moħħ wara l-attakk fir-Russja

Ir-raġel li allegatament qatel 14-il persuna permezz ta’ bomba fuq ferrovija f’San Petroburgu ġie identifikat mill-awtoritajiet Russi.
L-awtoritajiet tas-sigurtà qalu li Akbarzhon Jalilov, ta’ 21 sena, mill-Kyrgyzstan kien akkwista ċ-ċittadinanza Russa.
Il-midja internazzjonali qed tirraporta li hemm rapporti kunfliġġenti dwar jekk Jalilov kellux f’moħħu li jagħmel attakk suwiċida.
L-awtoritajiet Russi ħabbru tliet ijiem ta’ luttu nazzjonali.